REUTERS/Francois Walschaerts

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker qal li l-Unjoni Ewropea mhux se terġa tinnegozja mill-ġdid il-ftehim tal-Brexit. Dan minkejja li l-Prim Ministru Ingliż Theresa May qed tfittex li tbiddel xi affarijiet dwar il-fruntiera bejn ir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq.

Juncker saħaq li l-ftehim kif inhu huwa wieħed ibbilanċjat bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni, b’żewġ naħat kellhom jagħmlu xi konċessjonijiet biex waslu għall-qbil.

Juncker spjega li huwa jinsab miftuħ għal ideat dwar kif għandha tiżviluppa r-relazzjoni bejn il-blok u r-Renju Unit wara li sseħħ Brexit, fi stqarrija konġunta ma’ Theresa May.

Jidher li n-negozjaturi taż-żewġ naħat ħa jaħdmu biex jinstab kompress li jkun aċċettabbli mill-Parlament Ingliż. Iż-żewġ mexxejja mistenniha jiltaqgħu fl-aħħar tax-xahar biex jevalwaw il-progress li sar.

Mid-diversi ammendi li titpoġġew quddiem il-Parlament Ingliż, kien hemm dik dwar il-kwistjoni tal-fruntiera bejn ir-Renju Unit u l-Irlanda, dan iffisser li l-Unjoni trid tibdel il-pożizzjoni tagħha.

L-emenda dwar il-fruntiera kienet għaddiet b’317 vot favur għal 301 vot kontra.

L-intenzzjoni ta’ May kienet li tmur Brussell u terġa tinnegozja mill-ġdid mal-mexxejja Ewropej.