Follow Up tal-Ġimgħa 8 ta’ Frar 2019 bi preżentazzjoni ta’ David Vassallo u Desmond Zammit Marmara’ se jiddiskuti dawn it-temi: Għaliex Il-Prim Ministru, Dr Joseph Muscat, igawdi daqstant fiduċja fost il-poplu Malti? Dr Adrian Delia saħħaħ postu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista jew tħalla hemm biss minħabba l-imminenza tal-elezzjonijiet ta’ Mejju? Għaliex il-Partit Demokratiku u l-Alternattiva Demokratika jidhru li mhumiex qed jagħmlu progress fl-appoġġ tagħhom fost il-votanti? Mistiednin: Dr Anthony Buttigieg, Partit Demokratiku u Mario Mallia, Alternattiva Demokratika.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.