Il-Prinċep Harry u martu Meghan Markle attendew għall-Endeavour Fund Awards f’Londra. Hija evidenti li t-tqala ta’ Megan Markle waslet fi stadju avvanzat. Waqt li kien qed jitkellem mal-mistiedna ta’ dan l-avveniment, il-Prinċep Harry qal li Meghan qed iġġorr ‘tarbija tqila’.

Jidher li l-aktar tarbija li twieldet tqila fil-familja rjali huwa Prinċep Louis kien jiżen 8lb, 7oz. Skont l-istatistiċi li ħarġu d-Daily Mail jidher li Prinċep Louis għadda lil ħuh b’libbra. Il-Prinċipessa Charlotte twieldet l-inqas minn ħutha għax twieldet 8lbs, 3oz.