Int wieħed jew waħda minn dak it-tip ta’ nies li ssibha diffiċli biex toħroġ mis-sodda għax il-kutra hija komda wisq? Qatt lissint il-kliem: “Kemm inħobbha l-kutra tiegħi”?

Din il-mara mill-Ingilterra tant tħobb il-kutra tagħha… li se tiżżewwiġha ftit ijiem oħra, qabel Jum San Valentinu. L-artista Pascale Sellick, li għandha 49 sena, qalet li r-relazzjoni li għandha mal-kutra tagħha hija l-aħjar u l-isbaħ waħda li qatt kellha (allavolja għandha wkoll għarus ‘uman’ li jismu Johnny).

Waqt iċ-ċerimonja, minnflok libsa tat-tieġ, Sellick se tilbes libsa ta’ bil-lejl, ‘dressing gown’ u papoċċ.

Hi qalet li kullħadd huwa mistieden… basta jilbsu piġama jew ‘onesie’!