Priġunier f’ħabs fl-Istati Uniti nqabad mill-uffiċċjali tal-ħabs wara li waqa’ mis-saqaf waqt li kien qed jipprova jaħrab.

Ix-Sheriff ta’ Jackson County ippublika ritratti tal-ventilatur li minnu waqa’ Blaze Ayers ta’ 28 sena. Fi stqarrija huwa qal li Ayers kien irnexxielu jaħrab mill-uffiċjali tas-sigurtà u sakkar lilu nniffsu fil-klinika tal-ħabs. X’ħin l-uffiċjali rnexxielhom jisgassaw il-bieb huma sabu li ż-żagħżugħ kien ħarab minn ġol-ventilaturi.

Skont l-istess stqarrija Ayers eventwalment waqa’ mis-saqaf fir-reception tal-ħabs fejn ikunu reġistrati l-priġunieri meta jaslu l-ħabs. L-uffiċjali kellhom jużaw stun guns biex iwaqqfuh hekk kif baqa’ jirreżisti l-arrest. Ix-Xeriff temm jgħid li l-attentat tal-ħarba kkaġuna ħsarat fis-saqaf u li Ayers se jkun akkużat ukoll b’attentat biex jaħrab.