Mirror.co.uk

Lalit Patidar huwa ta’ 13-il sena mill-Indja twieled bil-kundizzjoni tal-“Warewolf Syndrome”. Huwa qal li ħafna persuni jgarawlu l-ġebel u jgħajruh xadin. Min-naħa tiegħu hu kull ma jixtieq li jkun ħabib ma’ dawn in-nies.

Werewolf Syndrome hija kundizzjoni kkaratterizzata minn ammont ta’ xagħar li jikber mal-wiċċ kif ukoll mal-partijiet l-oħra tal-ġisem.  Minkejja din il-kundizzjoni Lalit huwa persuni li jgħix ħajja pożittiva u jixtieq li la jikber isir pulizija biex ikun jista’ jgħin finanzjarjament lill-familja tiegħu.

Huwa jittama wkoll li fil-futur ikun jista’ jagħmel operazzjoni biex ħaddieħor ma jibżax minnu. Lalit qal li twieled b’ħafna xagħar ma’ wiċċu u dan jagħmlu differenti. Kultant jittama li kien bħal tfal oħra imma jifhem li ma tantx hemm x’jista’ jagħmel fuqh din il-kundizzjoni. Huwa qal li d-dara’ u ħafna drabi jħossu komdu bih innifsu.

Omm Lalit qalet li meta ratu l-ewwel darba kif twieled baqgħet mistagħġba bl-ammont ta’ suf li kellu. Huwa kellmu mill-ewwel pedjatra u neħħielu l-ammont ta’ xagħar eċċessiv li kellu miegħu u qallhom li issa issa ma hemmx kura għal din il-kundizzjoni.

L-omm qalet li hija flimkien mal-ħamest ibniet tagħha talbu ħafna biex ikollhom tifel u t-talb tagħhom instema’ u twieled Lalit. Hija qalet li minkejja li Lalit huwa differenti huwa speċjali ħafna għalihom.

Lalit qal li minkejja li huwa dera l-kundizzjoni tiegħu, jaffaċċja diversi sfidi fosthom li tkun diffiċli għalih biex jieħu n-nifs u biex ikun jista’ jara. Il-ġenituri tiegħu ppruvaw diversi trattamenti iżda dawn kienu mingħajr suċċess.