Iż-żagħżugħ Dwane Mifsud kiteb kanzunetta li ddedika għal ommu li mietet disa’ snin ilu. Huwa jgħid li jiftakar f’ommu kuljum u jħoss li baqgħet ħdejh.

Permezz ta’ din il-kanzunetta huwa jrid li jwassal messaġġ lill-ulied kollha biex jgħożżu l-ġenituri tagħhom u ma jweġġgħuhomx għax dawn xi darba se jmutu. Mifsud jagħlaq din il-kanzunetta billi jitlob lil ommu tħarsu u terfagħlu post ħdejha għal meta jasal iż-żmien biex jingħaqad magħha.