aircraft advertising - i love u

Air Malta ħabbret li nhar it-Tnejn se tniedi promozzjoni kbira fuq perjodu ta’ ġimgħa sħiħa fejn se tkun qed toffri 500,000 seat bi prezz li jibda minn €24 biss ‘one-way’ fuq ir-rotot kollha tagħha.

Il-promozzjoni, immirat biex tiċċelebra l-ġimgħa ta’ San Valentinu hija valida għal vjaġġar bejn it-Tnejn, 11 ta’ Frar sat-tmiem ta’ Ġunju 2019 u tintemm fil-11:59pm tal-Ħadd, 17 ta’ Frar.

Fl-offerta wieħed se jkun jista’ jagħżel minn fost 35 rotta bi prezz li jibda minn €24 biss, ‘one-way’ għal Malaga u minn €69, għal Moska jew St Petersburg. Dan il-prezz hu għat-tariffi Go Light b’bagalja ‘hand luggage’, u jinkludi t-taxxi u t-tariffi l-oħra kollha.

Il-bejgħ huwa applikabbli għal titjiriet lejn jew minn Londra Heathrow, Londra Gatwick, Londra Southend, Manchester, Birmingham, Bristol, Catania, Palermo, Ruma, Milan, Cagliari, Berlin, Dusseldorf, Frankfurt, Munich, Leipzig, Ħamburg, Vjenna, Lyon, Marsilja, Pariġi Charles De Gaulle, Pariġi Orly, Ġinevra, Zurich, Brussell, Amsterdam, Moska, St Petersburg, Kiev, Praga, Malaga, Lisbona, Casablanca, Tunis u Tel Aviv.

L-iskont huwa validu mill-mezzi kollha ta’ distribuzzjoni inkluż mis-sit elettroniku tal-Air Malta. Is-seats huma soġġetti għad-disponibliità bl-iskont ma jkunx applikabbli għal ċerti dati tal-ivjaġġar.