Mara iffrankat multa tat-traffiku wara li argumentat u ngħatat raġun li kien hemm wisq sinjali tat-traffiku biex jiġu proċessati mill-moħħ tal-bniedem waqt li jkun qed isuq.
Il-każ seħħ fl-Ingilterra fejn is-sewwieqa, li hija psikoloġista, weħlet ċitazzjoni għax baqgħet issuq taħt mina li hija parti mit-triq, u li minnha suppost jgħaddu biss karozzi tal-linja.
Is-sewwieqa hija Bernadine King u l-multa tagħha ġiet irtirata mit-tribunal wara li qatagħha li s-sinjali tat-traffiku ma kienux adegwati.
Il-Kunsill ta’ Essex County daħħal miljun u nofs lira sterlina meta 54,000 xufier ta’ karozza weħlu ċitazzjoni meta għaddew minn taħt il-mina ta’ Chelmsford fl-aħħar sena u nofs.
Bernadine King, il-psikoloġista li lmentat dwar is-sinjali tat-traffiku, ippublikat diversi dokumenti akkademiċi dwar kif il-bniedem jipproċessa l-informazzjoni viżiva.
Argumentat li s-sinjal tat-traffiku qrib din il-mina jindika li din hija magħluqa għat-traffiku kollu minbarra karozzi tal-linja, roti u taxis, u sostniet li dan kien qed ipoġġi fil-periklu l-ħajja ta’ diversi sewwieqa.