X’tista’ tagħmel jekk tinqala’ emerġenza jew ikollok bżonn l-għajnuna u ma tkunx tista’ ċċempel 112? F’każijiet hekk fejn wieħed ma jkunx jista’ jagħmel kuntatt telefoniku jista’ jikkuntattja s-servizzi tal-emerġenza b’sms fuq 79770112.

L-għajnuna u s-servizz siewi tal-erba’ entitajiet prinċipali tal-emerġenza – Il-Korp tal-Pulizija, tal-Isptar, tal-Protezzjoni Ċivili u tad-Dipartiment tal-għoti tad-demm, is-Sibt filgħodu kienu l-Belt Valletta quddiem il-Parlament biex jagħtu wirja ta’ fiex tikkonsisti l-ħidma tagħhom minn wara l-kwinti. Għall din l-attività attenda l-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia.

Il-Ministru Farrugia qal li din l-attività biex issir iktar għarfien dwar in-numru tal-emerġenza 112 u biex il-pubbliku jkun jaf aktar dwar is-servizzi ta’ dawn id-dipartimenti. Matul din l-attività  l-Ministru Michel Farrugia huwa ġedded ix-xewqa tiegħu li jkun donatur tal-organi.

Huwa rringrazzja lil dawk kollha li jirriskjaw ħajjithom kuljum sabiex isalvaw il-ħajja ta’ ħaddieħor. Hu qalilhom li huma verament eroj li ma jissemmgħux.