F’Qorti f’ Tuneż, seba’ ingħataw sentenza ta’ għomor il-ħabs wara l-involviment tagħhom f’żewġ attakki mdemmija fl-2015, wieħed f’Mużew f’Tuneż u l-ieħor fuq il-lukanda Mediterranean resort.

Diversi persuni oħra rċevew sentenzi li varjaw minn sitt xhur sa 16 –il sena.

B’kollox, 51 suspett tressqu l-Qorti li minnhom 27 ġew illiberati f’ġurija li ħa 18 –il xahar biex intemm.

L-assalt fuq il-musew nazzjonali Bardo ħalla 21 persuna mejta, waqt li 38 oħra nqatlu fl-Ixtajta fir-rest ta’ Sousse.

Iż-żewġ massakri seħħew tliet xhur ‘il bogħod minn xulxin, u kellhom impatt devastanti fuq l-ekonomija tat-Tuneżija, bit-Touriżmu jammonta għal tmienja fil-mija tal-prodott Domestiku Gross tal-pajjiż.

L-attakki servew biex iwaqqfu riformi politiċi fil-pajjiż bħala parti mir-rivoluzzjoni tar-Rebbiegħa Għarbija tal-2011.