Id-Duka ta’ Edinburgh, il-Prinċep Philip, irrinunċja għal-liċenzja tas-sewqan wara l-inċident li kellu x-xahar li għadda.

Fi stqarrija il-Palazz Buckingham, ħabbar li din kienet deċiżjoni li kien ħa l-Prinċep Philip innifsu.

Ftit tal-ġimgħat ilu, il-Prinċep, li għandu 97 sena, jgħoddha b’waħda meta il-Land Rover li kien qed isuq inqalbet wara ħabta ma’ vettura oħra qrib ir-residenza rjali f’Sandringham. Fl-inċident kienu ndarbu żewġ nisa.

Il-Prinċep Philip qal li fl-inċident ma setax jara sew minħabba x-xemx. Jumejn wara l-inċident, il-pulizija wissietu wara li nstab li kien qed isuq mingħajr ċinturin tas-sigurtà.