People gather during a protest called by right-wing opposition parties against Spanish Prime Minister Pedro Sanchez at Colon square in Madrid, Spain, February 10, 2019. REUTERS/Sergio Perez

Il-Ħadd f’Madrid eluf ħarġu jipprotestaw kontra l-proposti tal-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez biex titnaqqas it-tensjoni politika fil-Katalunja. Bħall-partiti tal-lemin, is-Soċjalisti Spanjoli huma kontra l-Indipendenza tal-Katalunja.

Id-dimonstranti imlew Plaza de Colon fiċ-Ċentru tal-belt fl-ikbar dimonstrazzjoni fil-leġislatura ta’ Sanchez huma u ixejjru il-bnadar tagħhom u jkantaw “ Elezzjoni issa ! Għal Spanja magħquda!”

Il-gvern Soċjalista nhar it-Tlieta ippropona li jiġi appuntat rapporteur biex imexxi diskussjonijiet bejn il-partiti politiċi fuq l-indipendenza tal-Katalunja. Dan wassal lill-Oppożizzjoni li talbet elezzjonijiet bikrija għax ħasset li dan kien tradiment u ċediment mil-Gvern lejn is-separatisti Katalani.

Il-protesta ġiet organiżata mil-partiti taċ-Ċentru lemin Partido Popolar u Ciudadanos. Il-partit tal-lemin estrem Vox kien ukoll parteċipi.