Social Media

Il-Forza ta’ Protezzjoni fi Tripli, li hija koalizzjoni tal-qawwiet militari ewlenin fi Tripli, talbet lill-Avukat Ġenerali tal-Libja biex jinvestiga immedjatament u b’urġenza l-ġarr ta’ vetturi armati li nqabdu minn uffiċjali tad-dwana fil-port ta’ Khoms, port li jinsab bejn Tripli u Misurata.

Social Media

Il-kontejner kien għadu kemm wasal mit-Turkija, iżda jidher li ma kellu l-ebda dokumentazzjoni uffiċjali. Dan seta’ kien konvenjenti peress li għad hemm sanzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq l-esportazzjoni ta’ armi lejn il-Libja.

Il-ġarr tal-kontejners li fihom kien hemm il-vetturi sar fuq vapur irreġistrat Malta jismu Marco.

Rapporti fl-aħbarijiet Libjani qalu li ġew sparati xi tiri fil-port minħabba li kien hemm attentat biex il-vetturi armati jitneħħew bil-forza.

Il-Ministeru għall-Intern kien ħabbar nhar il-Ħamis li għadda li l-vetturi kienu ġew ikkonfiskati sakemm l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jikkonkludi l-investigazzjoni tiegħu fuq il-każ.