Din is-sena biss, kien hemm 23 ilment ta’ aggressjoni fuq edukaturi marbuta ma’ disa’ (9) każijiet separati.

Dan qalu l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo f’tagħrif li ta għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Clyde Puli.

Huwa qal li l-Ministeru ħoloq portal  http://edu.gov.mt/support fejn l-għalliema jistgħu jibagħtu fuq esperjenzi ta’ aggressjoni li għaddew minnhom, biex jingħataw l-assistenza. Imbagħad, il-każ tagħhom jiġi segwit mid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi kull ġimgħa.