Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li n-nefqa annwali fuq l-istipendji tlaħħaq il-€25 miljun. Meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Laburista Byron Camilleri, il-Ministru ppubblika tabella li fiha juri kif in-nefqa matul l-aħħar sitt snin baqgħet stabbli, b’eċċezzjoni tas-sena 2014 fejn din laħqet €27 miljun peress li l-Gvern ta refużjoni ta’ għotjiet ta’ Maintenance Grants fuq il-bilanċ li ċertu studenti kellhom fuq l-ismart card tagħhom.