Il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi qal li f’Malta m’hawn l-ebda faċilità li tipproduċi l-Heavy Fuel Oil (HFO).

Fil-ħin tal-mistoqsijiet, il-Ministru rribatta l-argumenti li qajjem id-deputat Nazzjonalista Herman Schiavone dwar il-ħażna tal-HFO fil-Qajjenza waqt id-diskussjoni dwar l-abbozz ta’ liġi li jimplimenta miżuri tal-Estimi.

Mizzi qal li hemm differenza kbira bejn il-ħażna u l-ħruq tal-HFO. Huwa qal li fil-faċilità tal-Qajjenza jinħażen il-HFO u mhux jinħaraq waqt li l-impjant jiġi ċċertifikat kull sena mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA). Huwa qal l-impjant uża’ l-aqwa teknoloġija fejn f’każ ta’ inċident, jagħlaq awtomatikament.

Huwa qal li l-ħsara ambjentali ssir meta jinħaraq l-HFO u mhux jinħażen waqt li l-Partit Laburista fl-oppożizzzjoni qatt ma kien kontra l-ħażna tal-HFO.

Il-Ministru qal ukoll li l-Gvern hu kommess li jagħlaq l-impjant 31 ta’ Marzu 1979 fejn qed jinħażen  il-gasoline u d-diesel.

“Iż-żejt HFO qed jinħażen u jissaħħan fil-Qajjenza” – Schiavone