Michelle Obama tat sorpriża lill-udjenza li kienet miġbura għall-Grammy Awards f’Los Angeles ilbieraħ filgħaxija meta tfaċċat fuq il-palk, ħdejn Alicia Keyes, li ppreżentat is-serata, Jennifer Lopez, Lady Gaga u Jada Pinkett Smith.

L-udjenza bdiet twerżaq mal-wasla ta’ Obama fuq il-palk u titfgħalha l-bews. Obama tbissmet u qalet, “Għandna xow x’nagħmlu!”

Obama rrakkuntat kif il-mużika għenitha tikber u tgħix l-esperjenzi ta’ ħajjitha. “Il-mużika tgħinna naqsmu lilna nfusna, id-dinjità u d-dwejjaq tagħna, it-tamiet u l-ferħiet tagħna,” qalet Obama. Qalet li l-mużika turina li kull storja, kull vuċi u kull nota f’kull kanzunetta tagħmel differenza.

Gorgeous: Michelle was positively perfect in a sparkling silver suit from Sachin & Babi for a surprise appearance at the music awards show 

Il-preżentatriċi tal-lejla Alicia Keys qalet li ħassitha onorata li kienet qed tippreżenta avveniment li jiċċelebra l-mużika, li sejħitilha l-lingwa globali komuni għal kulħadd. Skontha, meta veru tkun trid tgħid xi ħaġa, tgħidha b’kanzunetta.

Lady Gaga, li ppreżentat is-serata wkoll, qalet li minn dejjem kienu jgħidulha li kienet stramba: li d-dehra tagħha, l-għażliet tagħha u l-ħoss tagħha ma kinux se jagħmlu suċċess. Imma spjegat kif il-mużika qaltilha biex ma tismax minnhom, u l-mużika bħallikieku ggwidatha u għenitha tasal għand il-“little monsters,” kif hi ssejjaħ lis-segwaċi tagħha.

Jennifer Lopez qalet li l-mużika tatha raġuni biex tiżfen hi u tikber fil-Bronx. Stqarret li l-mużika tfakkarha minn fejn bdiet, imma tfakkarha wkoll fejn tista’ tmur. Permezz tal-mużika, Lopez qalet li tħossha libera.

Jada Pinkett Smith iddiskutiet kif il-mużika sservi ta’ tieqa fil-ħajjiet differenti li jeżistu madwar id-dinja.

Showstopper: Michelle walked onto the stage wearing a billowing silver blouse with matching slacks and a sparkling belt wrapped above her hips

Wara s-serata, Michelle Obama kitbet fuq Twitter dwar l-esperjenza tagħha u faħħret lill-kantanta Alicia Keys.

Fost l-akbar rebħiet tal-lejla, kien hemm Lady Gaga li rebħet żewġ premji tal-Grammy’s: l-aqwa performance pop u l-aqwa dwett pop bil-kanzunetta Shallow mal-attur Bradley Cooper waqt il-film popolari A Star Is Born.