Ritratt: GOV

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May f’Londra. Stqarrija tal-Gvern qalet li ż-żewġ Prim Ministri kellhom taħdidiet bejniethom dwar l-aħħar żviluppi dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Joseph Muscat kien f’Londra bil-għan li jiltaqa’ ma għadd ta’ kumpaniji li huma interessati jinvestu f’Malta, fid-dawl tal-Brexit.

Il-laqgħa saret fl-Uffiċċju tal-Prim Minstru Ingliż f’Londra.