Elfejn sena wara l-miġja ta’ San Pawl f’Malta, il-Beltin għadhom jilqgħu lil San Pawl bil-briju u l-ferħ. Dan deher biċ-ċar waqt il-festa ta’ San Pawl ilbieraħ fil-Belt Valletta, fejn il-Pawlini mlew it-toroq bl-aħmar, iċ-ċapċip u l-kant.

L-Għaqda tal-Pawlini kienet qiegħda xxerred filmati lajv mill-festa li jidhru fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Għaqda stess.

Is-Sindku Christian Micallef xerred ritratt tiegħu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li żar iċ-ċelebrazzjonijiet. Il-President Marie-Louise Coleiro Preca wkoll żaret il-festa.

Ma kinux il-Beltin biss li ċċelebraw lil San Pawl ilbieraħ, imma anke n-nies tal-Munxar. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana żaret iċ-ċelebrazzjonijiet fil-Knisja tal-lokal.