Is-Sindku ta’ Tas-Sliema Anthony Chircop ikkonferma li grupp ta’ studenti ta’ skola sekondarja kienu qed jaqilgħu l-inkwiet f’xi toroq fil-lokalità.

F’messaġġ fuq Facebook, persuna qalet li dawn l-istudenti li huma barranin, qed imorru għallarrieda jsawwtu persuni li jkunu mexjin fit-triq fl-inħawi ta’ Qui-si-sana.

Min tella’ dan il-messaġġ fuq Facebook, sostna li diġà saru diversi rapporti mal-Pulizija dwar dawn l-istudenti, wara inċident li fih kien involut xi ħadd mill-qraba tiegħu.

Is-Sindku ta’ Tas-Sliema qal li l-Pulizija qed taħdem fuq dawn ir-rapporti u qed issir sorveljanza tal-inħawi. Semma li l-Pulizija jafu wkoll min huma dawn l-istudenti.