Customs

L-Uffiċċju tad-Dwana qiegħed javża li mit-30 ta’ Marzu, ir-Renju Unit se jibda jitqies bħala pajjiż terz ladarba jitlaq mill-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, oġġetti importati u esportati minn jew lejn ir-Renju Unit se jkollhom jiġu ddikjarati fis-sistema elettronika tad-Dwana.

Għalhekk, l-Uffiċċju tad-Dwana qiegħed isejjaħ lill-operaturi ekonomiċi li jagħmlu l-kummerċ mar-Renju Unit biss, jew mar-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea, biex jirreġistraw mal-Uffiċċju tad-Dwana sabiex jiksbu Identifikazzjoni Reġistrata ta’ Operatur Ekonomiku. Dan jistgħu jagħmluh billi jibagħtu email fuq eori.customs@gov.mt jew billi jċemplu fuq 25685121.

Huma jridu japplikaw għal taħriġ fuq l-użu tas-Sistema tal-Importazzjoni Nazzjonali u s-Sistema tal-Esportazzjoni Nazzjonali wkoll billi jimlew il-formola mis-sit tad-Dwana u jibagħtuha b’email lit-Taqsima tat-Taħriġ tad-Dwana fuq customs.training@gov.mt. L-applikazzjonijiet huma aċċettati sat-18 ta’ Frar.

Aktar dettalji hawn.