Il-Forzi Armati ta’ Malta għaddejjin bi tfittxija għal żagħżugħ Għawdxi li ġie rrappurtat nieqes is-Sibt filgħaxija.

Kelliem għall-AFM ikkonferma ma’ Newsbook.com.mt li żagħżugħ ta’ 22 sena ġie rrappurtat nieqes is-Sibt fl-10pm. Bħalissa għaddejja tfittxija għalih li s’issa rriżultat fis-sejba tal-ġakketta tiegħu f’Ta’ Ċenċ.

Il-kelliem qal li l-AFM qed tagħmel l-almu tagħha billi tuża l-mezzi kollha tagħha biex issib liż-żagħżugħ. Għada mistennija tkompli t-tfittxija bl-ajru.