L-aħwa Keith u Kurt Camilleri wara li kienu  qegħdin jittestjaw karozza Lamborgini ġewwa ċ-ċirkwit ta’ Adria ftit tal-jiem ilu ltagħqu mal-kuġin tagħhom Ken Camilleri, sewwieq ieħor ta’ Camilleri Racing Team biex fl-istess ċirkwit jakkwistaw aktar esperjenza.

Din l-esperjenza hija importanti għaliex dawn huma tip ta karozzi differenti milli normalment isuqu. Normalment il-karozzi li jsuqu hawn Malta waqt il-kampjonat Nazzjonali Enemed Hillclimb, li fil-fatt l-aħħar wieħed ġie mirbuħ minn Keith Camilleri, huma karozzi formulas u prototype B, filwaqt li qed jittestjaw huma magħrufa bħala karozzi Touring.

L-aħwa Keith u Kurt qegħdin jaspiraw li wara din l-esperjenza jsibu biżżejjed sapport sabiex ikunu jistgħu jikkompetu fil-kampjonat Touring Car Racing, Super Trofeo.