Bank of Valletta Personal Loans Boatyard and car showroom

Wasal iż-żmien li tagħmel xi tisbiħ fid-dar jew fil-ġnien tiegħek? Tixtieq karozza ġdida jew dgħajsa? Ilek toħlom dwar xi vjaġġ fit-tul jew forsi dwar xi proċedura kożmetika? Tkun xi tkun il-ħolma li tagħżel, il-Bank of Valletta jista’ jgħinek tiffinanzjaha u tagħmilha realtà permezz tal-BOV Personal Loans.

Il-BOV Personal Loans għandhom numru ta’ benefiċċji u jipprovdu soluzzjonijiet rapidi u flessibbli għall-ħtiġijiet tal-klijenti; il-benefiċċji jinkludu:

  • Assigurazzjoni tal-Ħajja mingħajr ħlas għal self sa € 25,000
  • Is-self jista’ jkun għal ammont ta’ bejn € 1,000 u € 40,000
  • Rata tal-imgħax varjabli ta’ 4.99 %, APRC ta’ 5.182% kull sena
  • Tariffa tal-ipproċessar ta’ darba mnaqqsa ta’ 0.15 % fuq l-ammont tas-self (minimu ta’ € 25)
  • L-ebda down payment mhu meħtieġ, il-BOV se jiffinanzja x-xiri kompletament
  • Il-ħlasijiet lura jistgħu jinfirxu fuq perjodu massimu ta’ 8 snin (suġġett għat-termini u l-kundizzjonijiet)
  • Ma japplikaw l-ebda tariffi għal ħlas lura bikri jekk is-self jitħallas qabel il-perjodu tal-ħlasijiet lura
  • Il-BOV Personal Loan tista’ tingħata mingħajr l-ebda garanzija
  • Il-kont tas-self jista’ jiġi amministrat u mmonitorjat ukoll permezz tal-BOV Internet Banking u Mobile Banking

Biex jieħdu vantaġġ minn dawn l-offerti, il-klijenti jistgħu jżuru kwalunkwe fergħa tal-BOV, jidħlu fil-websajt: www.bov.com jew iċemplu lill-Customer Service Centre tal-Bank fuq (+356) 2131 2020.

Is-self personali kollu huwa suġġett għall-kriterji normali ta’ self u għall-approvazzjoni finali mill-Bank of Valletta. Il-Bank jista’ jitlob sigurtà fuq il-faċilità permezz ta’ self ieħor fuq id-djar jew faċilità oħra simili. Il-benefiċċju ta’ assigurazzjoni b’xejn fuq il-ħajja huwa ta’ massimu ta’ €25,000 għal kull faċilità, sal-età ta’ 69 sena jew sakemm titħallas il-faċilità skont li jsir l-ewwel u huwa applikabbli dment li l-faċilità hija parzjalment assigurata jew mhux assigurata. Termini u kundizzjonijiet (inkluż tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja) jinstabu fuq www.bov.com. Maħruġ mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA u liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).