Luke Zerafa

Sewwieq ta’ mutur tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu f’Tal-Pietà għall-ħabta tal-5.30pm. Iktar kmieni kien irrappurtat li żewġ muturi ħabtu, iżda kelliem għall-Pulizija kklarifika li l-mutur tilef il-kontroll filwaqt li s-sewwieq tal-mutur waqaf biex jassistih. Is-sewwieq tal-mutur huwa raġel ta’ 53 sena, ta’ nazzjonalità Irlandiża u residenti l-Mosta. Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.