Wara is-suċċess miksub is-sena l-oħra bil-kunċert ‘Movies at the Palace’, is-Soċjeta’ Filarmonika L-Unjoni ta’ Ħal Luqa se tippreżenta spettaklu ieħor ta’ mużika, dwal u viżwal mid-dinja tac-ċinema nhar is-Sibt 23 ta’ Marzu 2019, ġewwa is-Sala Repubblika, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC). Dan il-kunċert se jittella’ bis-sehem tal-Filarmonika L-Unjoni flimkien mal-Amadeus Chamber Choir, il-Malta National Children’s Choir u l-kantanti Eleonor Cassar, Tiziana Calleja, u Chris Grech.

Fost il-films li tagħhom se jigu esegwiti siltiet mużikali nsibu l-aktar siltiet popolari minn The Avengers, Superman, Star Wars, Pirates of the Carribean, The Mission, Legends of the Fall, Braveheart, Crimson Tide, The Greatest Showman u oħrajn.

Id-direzzjoni tal-Filarmonika L-Unjoni flimkien maż-żewġ korijiet se tkun f’idejn John David Zammit. Flimkien mal-banda se jingħaqdu għadd ta’ strumenti orkestrali bhall-vjolini, vjolonċelli, kontrabaxxi, l-arpa, il-fagott u oħrajn. Jakkumpanjaw il-mużika se ikun hemm effetti specjali ta’ dwal u viżwal li jrendu s-serata wahda tassew maġika.

Biljetti għall-dan l-ispettaklu jisgħu jinkisbu minn hawnhekk. Id-dħul minn dan il-kunċert se ikun qed jgħin lill-Malta Community Chest Fund Foundation. Dan il-kunċert hu parti minn proġett iffinanzjat permezz taI-iskema ‘Voluntary Organisations Project Scheme’, amministrat mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat f’isem il-Ministeru għal-Edukazzjoni u l-Impjiegi.