Il-pick up u drop off point tat-trasport tal-iskola qalgħu kontroverserja. Il-Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista Ivan Bartolo, waqt seduta parlamentari staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo jekk jistax jagħti spjegazzjoni lill-ġenituri, dwar ir-raġuni għaliex ix-xufier qed jiddetermina hu stess dwar fejn hi l’pickup u drop off point tat-trasport tal-iskola. Staqsa ukoll biex anke tingħata spjegazzjoni għaliex ix-xufier qed jieqaf fit-triq waqt li l-istudenti jmorru jixtru.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni qal li fil-ġranet li ġejjin, ser issir laqgħa mill-uffiċjali tad-Dipartiment mal-ġenituri kkonċernati.