Il-Papa Franġisku ma' membri tal-Fondazzjoni Galileo

Il-ġimgħa li għaddiet, f’jum il-festa ta’ Sana Josephine Bakhit,  patruna tal-vittmi tat-traffikar uman, il-Papa Franġisku ta udjenza lill-membri tal-Fondazzjoni Galileo u ħeġġiġhom biex jimxu fuq l-eżemmpju kbir tagħha.

Il-Fondazzjoni Galileo taħdem għal soċjetà fejn ħadd ma jibqa’ lura jew ikun fil-faqar. Il-Fondazzjoni tagħmel ukoll enfasi partikulari biex tinqered l-iskjavitù moderna u t-traffikar uman fil-forom kollha tagħhom.

Fid-diskors preparat li għamel lill-membri tal-Fondazzjoni kif rappurtat mill-Vatican News, il-Papa Franġisku qal lill-Fondazzjoni li kellha “sehem importanti x’tagħti biex jitwassal il-messaġġ tal-Vanġelu lill-poplu ta’ żminijietna u b,mod speċjali lil dawk fost ħutna li huma l-aktar vulnerabbli.

Hu nkoraġixxa lil dan il-grupp “biex jibqa’ joffri b’ġenerożita, xhieda importanti tal-Vanġelu” u li hu dmir ta’ kull nisrani biex jitkellem u jenfasizza t-tbatija ta’ dawk li jsoru mill-esplojatazzjoni u ‘id-delitt qattiel tat-traffikar uman’.

 Santa Josephine Bakhita

Fit-8 ta’ dan ixi-xahar tfakkar il-Jum Dinji ta’ Talb u Riflessjoni kontra t-Traffikar Uman u taħbat ukoll il-festa ta’ din il-qaddisa, patruna ta’ dawn il-vittmi.

Meta tkellem dwar din il-qaddisa tas-Seklu 21, Papa Franġisku qal li “din kienet taf permezz ta’ esperjenza personali ta’ tbatija, ir-realtà tal-iskjavitu u l-konsegwenzi umiljanti u vjolenti ta’ din il-pjaga. Iżda, għall-grazzja t’Alla inħelset u setgħet tgħix ferħana”.

 Nieqfu mal-foqra b’kumpassjjoni

Il-Papa enfasizza li l-qdusija ta’ ħajjitha kienet “sejħa mhux biss biex niġġieldu b’aktar determinazzjoni kontra l-forom moderni ta’skjavitù, li huma ferita miftuħa fis-soċjetà, ġerħa fil-ġisem ta’ Kristu u delitt kontra l-umanità, imma għandha wkoll nitgħallmu mill-eżempju kbir tagħha. “Hi tgħallimna kif nieqfu mal-foqra, b’imħabba, ħlewwa, ġentilezza u kumpassjoni.”

F’għeluq id-diskors tiegħu l-Papa talab biex il-membri tal-Fondazzjoni Galileo jkunu sostnuti b’talb mill-qalb bl-interċessjoni ta’ Santa Josephine Bakhita u bil-qawwa li l-Ispirtu s-Santu biss jista’ jagħtina.”