Waqt Follow Up illum it-Tlieta 12 ta’ Frar, Sergio Mallia se jiddiskuti r-reklamazzjoni tal-art u jekk il-muntanji ta’ skart tal-kostruzzjoni hux qed isiru bla kontroll apposta biex niġġustifikawha. Ma taħsbux li l-Knisja għandha raġun?

Mistiednin: Dr Ruben Paul Borg, Senior Lecturer, Dipartiment tal-Inġinerija Ċivili u Strutturali tal-Università ta’ Malta, Dr Godwin Cassar, eks-Direttur Ġenerali – MEPA u Dr Edward Mallia, ambjentalist.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.