Tal-inqas 17-il persuna mietu f’nirien li ħakmu f’lukanda fi New Delhi kmieni dalgħodu. Xhieda qalu li fost in-nies li mietu kien hemm mara u tifla li ppruvaw jaqbżu minn tieqa. L-uffiċjali qalu li 35 persuna ġew salvati, u fosthom kien hemm min ġie midrub u ttieħed l-isptar.

Pompier qal ma’ Hindustan Times li fil-kuritur kien hemm pannelli tal-injam, u b’hekk in-nies ma setgħux jgħaddu mill-kuritur sabiex jaħarbu mill-post. Kompla jgħid li s’issa għadhom qed jinvestigaw x’kienet il-kaġuni li kkawżat in-nar. Midja lokali rrapurtaw li bosta mill-imwiet kienu kaġuni ta’ soffokazzjoni.