Vettura ħadet in-nar f’San Ġwann. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6.30 tal-lejla fi Triq il-Mensija. Membri tal-Protezzjoni Ċivili ħadmu biex f’temp qasir tfew in-nirien.

L-inċident ġie kkonfermat mill-kelliem tal-Pulizija li qal ma’ Newsbook.com.mt li ntbagħtu wkoll il-Pulizija. Il-kelliem tal-Pulizija qal li l-vann tal-posta kien ipparkjat meta ħa n-nar. Spjega li jidher li n-nar kien ikkawżat minn xi ħsarat iżda l-investigazzjonijiet għaddejjin biex jiġi kkonfermat dan. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Filmat: Christopher Mintoff

Ritratt: Luke Zerafa