Brenda Borg ta’ Mġarr United hija l-BOV Player tax-Xahar tan-nisa għal Diċembru 2018 u Jannar 2019.

Il-plejer ta’ Mgarr United u tat-tim Nazzjonali, skorjat 122 gowl f’148 preżenza fil-kampjonat tan-nisa. Bħalissa hija l-aqwa skorer ta’ Mġarr United dan l-istaġun bi 8 gowls, bit-tmien gowl jiġi fir-rebħa tal-5-0 ta’ Mġarr fuq it-tim tal-Fgura matul Diċembru.

Mġarr United huma t-tim rivelazzjoni tal-istaġun. Bħalissa t-tim jinsab fit-tieni post fil-klassifika, u anke irnexxielu jwaqqaf lit-tim ta’ Birkirkara  minn sensiela ta’ 11-il rebħa konsekuttiva bi draw ta’ 0-0.

Charles Azzopardi, Eżekuttiv tal- PR & Marketing fi ħdan il-Bank of Valletta ippreżenta it-trofej tal-BOV Plejer tax-Xahar tan-Nisa lil Brenda Borg. Bank of Valletta huwa sostenitur ewlieni ta’ inizjattivi sportivi u kif ukoll l-isponsor ewlieni tal-kampjonat tal-futbol tan-nisa f’Malta.