Reuters

Il-Parlament Spanjol irrifjuta il-pjanijiet għall-baġit tal-2019. Dan wara li s-separatisti ta’ Catalan, mexxew lill-pajjiż qrib ta’ elezzjoni nazzjonali. Sorsi mill-Gvern u mill-Partit Soċjalista, qalu li l-Prim Ministru Spanjol se jsejjaħ elezzjoni ta’ malajr, jekk l-abbozz jiġi miċħud.

Uffiċjal fl-uffiċċju ta’ Sanchez qal li se jressaq id-deċiżjoni tiegħu wara li jmexxi laqgħa tal-kabinett ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa. Fl-2013, Spanja spiċċat f’waqgħa ekonomiku, li ħalla numru kbir ta’ qgħad fil-pajjiż.