Monique Agius

John Zammit irriżenja mill-irwol tiegħu ta’ editur politiku ta’ Media.Link Communications, iżda stqarr li se jibqa’ impenjat mija fil-mija mal-Partit Nazzjonalista “għax hu l-unika alternattiva għall-Gvern Laburista bla pjan u korrott”.

Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista bħala reazzjoni għall-aħbar tas-sit tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista, One News.

L-istqarrija tal-PN, iffirmata mis-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli u minn Zammit innifsu, tgħid li l-aħbar ta’ One News “dwar suppost ġlieda kbira lbieraħ filgħaxija bejn Puli u Zammit hi gidba”. Tkompli tgħid li Puli u Zammit ilbieraħ “iltaqgħu fl-ispirtu ta’ ħbiberija twila pesonali bejniethom wara li Zammit iddeċieda li jagħti l-avviż tat-tmiem tal-impjieg jumejn ilu, biex ifittex toroq ġodda”.