George Clooney qal li l-istorja qed tirrepetti ruħha, għax dak li ġara lill-Prinċipessa Diana, qed jerġa jiġri fuq Meghan Markle.

Waqt intervista, Clooney wera t-tħassib tiegħu dwar kif il-midja tkellmet riċentament fuq il-prinċipessa. Żied jgħid li Markle qed tiġi segwita kullimkien. Sostna li Markle hija mara li qed iġġorr tarbija u xorta qed tiġi trattata b’dan il-mod. Qal li qed tiġi trattata bl-istess mod li kienet ġiet trattata l-Prinċipessa Diana.