REUTERS/Carlos Barria

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump ilbieraħ qal illi ma kienx kuntent bil-ftehim li ntlaħaq min-negozjaturi tal-kungress dwar is-sigurtà tal-fruntiera. Dawn ċaħdu l-fondi li kienu mwiegħda għall-ħitan bejn l-Istati Uniti u l-Messiku. Però r-Repubblikani xorta waħda ħeġġu l-appoġġ tiegħu.

F’Diċembru li għadda saret it-talba għal $5.7 biljun. Il-Kungress però baqa’ mhux deċiz dwar jekk hux se jappoġġja l-ftehim milħuq ta’nhar it-Tnejn filgħaxija li jinkludi $ 1.37 biljun għal ċnut fuq il-fruntiera. Madankollu, Trump qal li ma kienx qed jistenna għeluq ieħor. Huwa kompla jinsisti li seta’ jsib mod biex jevita l-Kungress u jibni ħajt mingħajr leġiżlaturi.