Jekk inti tinsab f’relazzjoni ħu l-ħin tiegħek biex taħseb dwar il-persuna li tħobb u għaliex tħobbu jew tħobbha. Jekk min-naħa l-oħra inti għadek ma sibtx din il-persuna ma jfissirx li ma tistax tiċċelebra Jum San Valentinu. Dawn huma ħmistax-il attività li tista’ tagħmel f’dan il-jum.

  1. F’dan il-jum tista’ tagħmel maratona ta’ films tal-attur jew attriċi favorit tiegħek u taqsam dan il-jum miegħu jew magħha.
  2. Jekk inti qalbek tajba tista’ toffri li toqgħod tieħu ħsieb it-tfal ta’ xi ħadd li taf filwaqt li huma jġeddu ftit il-memorji ta’ meta kienu għadhom namrati.
  3. Jekk tixtieq li tkun avventuruż tista’ tingħaqad biex tirċievi kaxxa indirizzatha lil dawk kollha li ma għandhomx sieħeb jew sieħba.
  4. Tista’ tieħu vantaġġ mill-aħħar ftit sales li baqa’ u tmur tixtri dak li tixtieq.
  5. Għalkemm forsi għadha mhux popolari tista’ tintroduċi secret santa għal dan il-jum ma’ sħabek li għad m’għandhomx sieħeb jew sieħba.
  6. Tista’ tieħu vantaġġ minn dan il-jum u tmur tagħmel xi trattament tas-sbuħija u jkollok ftit ħin ta’ kwalità miegħek innifsek.
  7. Jekk forsi tixtieq li tqattgħu ma’ sħabek dan il-jum tistgħu toqogħdu taraw xi ġuvintur jew tfajliet minn fuq is-siti li jinterressawkom. Ma tistax tgħid forsi minn hemm issib il-valentinu tiegħek għas-sena d-dieħla.
  8. Jekk tiddeċiedi li tixtieq tidħak f’din il-ġurnata allura tista’ ssib xi kummiedja tajba u jekk forsi issa tard wisq tista’ tfittex serati tad-daħk minn fuq l-internet.
  9. Din il-ġurnata tista’ tiddeċiedi li tiċċelebra simili tal-maħbubin u għalhekk tiftiehem ma’ sħabek li għadhom mingħajr sieħeb jew sieħba u tmorru tieklu u tiddevertu flimkien.
  10. Jekk trid tista’ taħtaf l-opportunità u ssiefer f’xi post li forsi għadek ma mortx. Jista’ jkun li dan ikun l-aħħar darba li se tiċċelebrah waħdek.
  11. Jekk tħoss li fl-arja jista’ jkun hawn wisq imħabba bejn il-koppji tiġri fuq il-midja soċjali, tista’ tiddeċiedi li għal dan il-jum ma tidħolx fuq il-midja soċjali u għalhekk tgħin lilek innifsek biex taqta’ ftit.
  12. Min-naħa l-oħra jekk tixtieq tkun kreattiv organnizza festin kontra dan il-jum għalhekk agħmilha ċara li ma jistax ikun hemm affarijiet jew kuluri relatati ma’ dan il-kulur
  13. Tista’ jekk trid tagħmel xi ħaġa li l-eks tiegħek kien jew kienet tiddejaq u jekk hemm iktar minn waħda żommhom f’moħħok u agħmilhom kollha.
  14. Jekk trid tista’ tagħmel xi ħaġa li ilek biex tagħmel. F’dan il-jum ħafna nies ikunu eċitati u għalhekk hemm mnejn issib iktar post biex tagħmel dak li tixtieq.
  15. Jekk tħoss li għandek tirrilassa ordna l-ikel u oqgħod agħmel dak li jirrilassak.