Karozza tal-linja baqgħet dieħla fit-taraġ ta’ Pjazza Tritoni.

Kelliema għall-Malta Public Transport qalet ma’ Newsbook.com.mt li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Ma kienx hemm passiġġieri fuq ix-xarabank meta ħabtet mat-taraġ.

Skont il-kelliema l-inċident seħħ illejla għall-ħabta tas-7.55 pm. Spjegat li infetħet investigazzjoni interna dwar il-każ li ddeskriviet bħala “inċident minuri”.

Saret ħsara lil siġra minħabba l-inċident.

Il-Belt Valletta tattira madwar 40,000 persuna kuljum.