Kandidata ġdida se tkun qed tikkontesta l-elezzjonijiet għal Membru tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista f’Mejju li ġej. Roselyn Borg Knight, ħabbret dalgħodu li aċċettat li tikkontesta l-elezzjonijiet wara li għal dawn l-aħħar xhur kienet qed tokkupa l-pożizzjoni ta’ Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista.

Fuq Facebook, Borg Knight spjegat li wara li kkontestat l-elezzjoni ġenerali tal-2017 għandha esperjenza diretta u tgħallmet li l-politika tista’ tkun ambjent diffiċli u ta’ impenn kbir. Sostniet li bħala mara, tista’ tkun esperjenza intimidanti. 

Borg Knight hija avukata b’aktar minn 10 snin esperjenza fil-prattika tal-liġi kemm f’Malta kif ukoll fir-Renju Unit.