Follow Up tal-Ġimgħa l-15 ta’ Frar 2019 bi preżentazzjoni ta’ David Vassallo u Desmond Zammit Marmara’ se jiddiskuti dawn it-temi:

Liema huma l-media tal-Knisja u x’hemm ippjanat għalihom? X’inhu r-rwol tagħhom fis-soċjetà? Dawn għandhom jirrappurtaw biss dwar dak li jiġri fil-Knisja? Meta jirrappurtaw dwar attivtajiet politiċi, ikunu ġusti u fier jew ikunu żbilanċjati? Xi kriterji etiċi u professjonali jużaw fir-rappurtaġġ tagħhom?

Mistieden: Fr Joseph Borg.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.