L-aġenzija tar-ratings DBRS qalet li l-ekonomija ta’ Malta hija f’saħħitha imma qiegħda f’riskju għax hija żgħira.

Fi stqarrija, l-aġenzija kkonfermat ir-rating ta’ A (high) għal Malta.

Skont id-DBRS, il-momentum ekonomiku jibqa’ b’saħħtu, bi tkabbir tal-prodott gross domestiku (GDP) li qed jitla’ għal 7.5% sena wara sena fit-tielet kwart tal-2018. Id-DBRS qalet li tistenna li t-tkabbir tal-GDP ta’ Malta jonqos gradwalment imma li se jibqa’ għoli fis-snin li ġejjin, speċjalment meta mqabbel mal-istati membri oħra Ewropej.

L-aġenzija tar-ratings qalet li tistenna wkoll li l-proporzjon tad-dejn se jkompli jonqos relatat mas-surplus primarju.

Skont id-DBRS, l-ekonomija miftuħa ta’ Malta hija l-iżgħar fiż-żona Ewro u hija vulnerabbli għal domanda dgħajfa esterna u tnaqqis fl-investiment dirett barrani.

Tista’ taqra r-rapport sħiħ minn hawn.