DOI - Clifton Fenech

Tħabbru l-finalisti ta’ tmien kategoriji għall-Għażliet Sportivi Nazzjonali.

Fi sqarrija, is-Segretarjat għall-Isport qal li waqt ċeremonja li saret fil-Forti Sant’Anġlu l-Birgu, s-semi finalisti tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali ġew ippreżentati b’ċertifikat komemorattiv.

Matul din iċ-ċerimonja ġew imħabbra wkoll il-finalisti tas-seba’ kategoriji li l-ġurija se tkun qed tivvota għalihom matul is-serata ta’ premjazzjoni li ser issir nhar is-Sibt 23 ta’ Frar. Matul is-serata se jsiru ħames preżentazzjonijiet oħra fosthom dik tal-People’s Choice Award li l-finalisti ta’ din il-kategorija wkoll ġew imħabbra sabiex issa l-pubbliku jista’ jagħti l-preferenza tiegħu billi jidħol fuq paġna ta’ Facebook BeActive – SportMalta. Il-voti tal-pubbliku jingħaqdu ma’ dawk tal-Assoċjazzjonijiet u l-ġurija, sabiex fis-serata jitħabbar ir-rebbieħ tal-People’s Choice Award.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima sellem il-memorja ta’ Benny Pace li kien il-persuna li beda l-konkors Sportivi tas-Sena fl-1960.

Il-finalisti f’kull kategorija huma ħamsa apparti għall-unur tal-isportiva tas-sena fejn wara li ngħaddu l-voti tal-ġurnalisti kien hemm żewġ atleti fil-ħames post li ġabu voti ndaqs. Kull kontestant qed ikun iġġudikat fuq l-akkwisti tiegħu matul is-sena 2018 b’enfasi fuq unuri mirbuħa internazzjonalment.

SPORTIV TAS-SENA

BEZZINA Isaac – Judo

Rebbieħ tal-midalja tal-fidda fil-logħob tal-Commonwealth fil-kategorija 90 kilogramma.

CARUANA SCICLUNA Justin – Ten Pin Bowling

Rebbieħ ta’ tliet midalji fil-logħob tal-Mediterran.

FARRUGIA Stefan – Raffa

Rebbieħ tal-midalja tal-bronż fil-Logħob tal-Mediterran.

GALEA Brian – Sparar Trap

Rebbieħ tal-midalja tal-Bronż fil-logħob tal-Commonwealth li saru fl-Awstralja.

GATT Rodney – Tiġrijiet taż-Żwiemel

Rebah tiġrija fil-kampjonati Ewropej u spiċċa fis-sitt post overall fl-istess kampjonat biex b’hekk ikkwalifika għall-kampjonati tad-dinja għal ġerejja professjonali.

SPORTIVA TAS-SENA

BEZZINA Eleanor – Air Pistol

Spiċċat fir-raba’ post fl-10m u fil-25m Air Pistol fil-Logħob tal-Commonwealth fil-Gold Coast u spiċċat fis-7 post fil-Logħob tal-Mediterran 2018.

PACE Hannah – Triathlon

Spiċċat fi tieni post fil-Kampjonati Ewropej tat-Triathlon fl-2018 kif ukoll klassifikat fit-tielet post fl-Ironman fl-2018 f’Copenhagen id-Danimarka.

SULTANA Colette – Squash

Semi-finalista fis-South Australian Open fost diversi tournaments prestiġjużi li ħadet sehem fihom.

WINGFIELD Charlotte – Atletika

Rebħet il-midalja tal-Bronż fil-200 metru, fil-kampjonati tal-atletika tal-Pajjizi Żgħar tal-Ewropa.

XUEREB Sara – Ten Pin Bowling

Rebħet żewġ midalji tal-Fidda fil-kampjonati tal-Mediterran tat-Ten Pin Bowling. Rebħet ukoll midalja tal-Bronż fil-European Youth Championship u rebħet il-kampjonat Nazzjonali tal-MTBA 2018.

ZAMMIT STEVENS Yazmin – Weightlifting

Ikkwalifikat għal-Logħob tal-Commonwealth u kkompetiet ukoll fil-Logħob tal-Mediterran u fl-Eleiko International Tournament fejn rebħet il-midalja tad-deheb fil-kategorija tagħha. Fil-Logħob tal-Commonwealth spiċċat fis-7 post filwaqt li fil-Logħob tal-Mediterran spiċċat fil-5 post. Kisret aktar rekords nazzjonali.

UFFIĊJAL TAS-SENA 

AQUILINA Stephen – Malta Shooting Sport Federation

Kien strumentali fl-organizazzjoni tat-tappa tal-2018 tat-Tazza tad-Dinja tal-Isparar fejn mexxa l-kumitat organizattiv.

BUGEJA Frans – Malta Billiards & Snooker Association

Ħadem sabiex sa fl-aħħar l-Assoċjazzjoni jkollha l-premises tagħha fejn għall-ewwel darba il-logħob tal-kampjoanti tal-isnooker beda jsir f’din l-akkademja ġdida.

CALLEJA Anna – Special Olympics

Ikkordinat u kienet strumentali sabiex jiġi preparat b’mod professjonali l-akbar kontinġent ta’ atleti minn Special Olympics Malta li f’Marzu li ġej se jieħdu sehem fil-World Games f’Abu Dhabi.

DEGIORGIO Vincent – Malta Pool Association

Għas-seba’ darba mill-2002 organizza l-Kampjonat Ewropew f’Malta tal-Pool bil-parteċipazzjoni ta’ 550 player.

VASSALLO Bernard – Malta Basketball Association

Referee internazzjonali mill-1996. Fl-2018 ikkontrolla total ta’ 43 logħba fil-kamp Ewropew. Fl-2018 sar ukoll l-ewwel Malti li akkwista ċ-ċertifikazzjoni bħala FIBA Referee Instructor.

COACH TAS-SENA 

CARUANA Jesmond – Weightlifting

President tal-MWA u kowċ personali ta’ Yazmin Zammit Stevens sa mill-2015 fejn irnexxielu jwassalha għall-kwalifikazzjoni fil-Logħob tal-Commonwealth fejn temmet fis-7 post fil-kategorija tagħha.

DAMIAN Neil – Rugby

Mexxa lit-team Nazzjonali għall-ogħla ranking fl-IRB meta it-team laħaq is-36 post fir-rankings minn 102 pajjiż. Għat-tieni sena konsekuttiva t-team rebaħ il-Grupp Conference South 1 u ilu ma jitlef logħba home tliet snin.

IZZO Karl – Waterpolo

Mexxa lit-team Nazzjonali tal-kbar għat-tieni sena konsekuttiva għal kwalifikazzjoni fil-Kampjonati Ewropej tal-waterpolo tal-LEN 2018.

MUSCAT Winston – Football

Mexxa lit-team għat-tielet post fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni tal-kampjonat Ewropew tal-UEFA U19 b’rebħa fuq il-Litwanja, draw mal-Belġju u telfa ta’ 1-0 kontra Franza.

PACCARIE Andrea – Basketball

Mexxa lit-team Nazzjonali għar-rebħ tal-Midalja tad-deheb fid-Diviżjoni rispettiva fil-FIBA European Championships for Small States.

ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA

BALZAN Jurgen – Table Football

Rebaħ il-Major ta’ Milan fl-Italja U19 u wasal sal-finali tal-Grand Prix tal-Belġju U19 fost kisbiet oħra.

ELAIDA Jacob – Atletika

Semi Finalisti fil-200m fil-Kampjonati Ewopej U18.

MUSCAT Jake – Waterpolo

ASA player tas-sena U15. Lagħab f’kull skwadra ta’ Neptunes fil-kategorija U15, U17, U20 u mat-team tal-kbar fejn rebaħ ukoll il-kampjonat tal-waterpolo tal-ASA.

SULTANA Kijan – Squash

Għalaq is-sena fit-tieni post tar-rankings Ewropej tal-U15 u rebaħ l-Australian Junior Open 2018.

VASSALLO Saul – Ibburdjar

Midalja tal-Fidda fis-Silver Fleet fil-kampjonat tad-Dinja li sar f’Ċipru fost 78 baħri żagħżugħ.

ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA 

BORG Ella – Ġinnastika

Rebħet midalja tad-deheb fil-Beam, fidda fil-Vault, u Bronż fil-Floor waqt il-Logħob tal-COJI 2018. Rebħet ukoll il-kampjonat Nazzjonali li saru f’Diċembru 2018.

CURMI Francesca – Tennis

Rebħet kontra diversi tennisti li huma fit-top 100 fil-kategorija Juniors Nisa u kkwalifikat għall-Wimbledon Juniors u l-Australian Open Juniors.

FALZON YOUNG Francesca – Għawm

Kwalifikat għall-Youth Olympic Games 2018 u kisret ir-rekord Nazzjonali fil-50m backstroke. Waqqfet rekords Nazzjonali fix-Short Course fil-100m Fly, 200m Free, 100m Free u 50 Free.

MANGION VASSALLO Shelby – Weightlifting

Ikkompetiet fil-Youth Olympic Games, fil-Youth European Championships u fil-European Union Cup. Fil-Youth Olympic Games kisret ħames rekords nazzjonali fil-kategorija tagħha.

XUEREB Sara – Ten Pin Bowling

Rebħet żewġ midalji tal-Fidda fil-kampjonati tal-Mediterran tat-Ten Pin Bowling. Rebħet ukoll midalja tal-Bronż fil-European Youth Championship u rebħet il-kampjonat Nazzjonali tal-MTBA 2018.

TEAM TAS-SENA 

Basketball Team Nazzjonali

Rebbieħa tal-midalja tad-deheb fil-Kampjonati Ewropej tal-FIBA għall-Pajjiżi ż-Żghar.

Football Team Nazzjonali Irġiel U19

It-tim Malti kiseb total ta’ 4 punti fil-Grupp ta’ kwalfikazzjoni għall-Kampjonati U19 tal-UEFA bi draw mal-Belġju, rebħa kontra l-Litwanja u telfa minima ta’ 1-0 kontra Franza.

Lawn Bowls Team Nazzjonali

Rebbieħa tal-midalja tal-Bronż fil-Logħob tal-Commonwealth li saru fl-Awstralja.

Rugby Team Nazzjonali Irġiel

Is-sena 2018 fissret l-ogħla post fir-rankings tad-dinja tal-IRB. Għat-tielet sena konsekuttiva t-team Malti baqa’ mhux megħlub f’pajjiżna u rebaħ il-Grupp Conference South 1.

Waterpolo Team Nazzjonali Irġiel

Għat-tieni darba fl-istorja tal-waterpolo lokali t-team Malti kwalifika għal Kampjonati Ewropej tal-LEN.

PEOPLE’S CHOICE AWARD

BORG Rebecca – Ġinnastika

Midalja tal-Bronż fil-logħob tal-Coji

GALEA Brian – Sparar Trap

Midalja tal-Bronż fil-logħob tal-Commonwealth

PORTELLI Robert – Rugby

Jaħdem ħafna sabiex jiġbed talent ġdid għall-logħba tar-Rugby

SPITERI Fabio – Triathlon

L-ewwel Malti li rnexxielu jispiċċa t-Triple Iron Man World Championship

ZAMMIT STEVENS Yazmin – Weightlifting

Ikkwalifikat għal-Logħob tal-Commonwealth u kkompetiet ukoll fil-Logħob tal-Mediterran u fl-Eleiko International Tournament fejn rebħet il-midalja tad-deheb fil-kategorija tagħha. Fil-Logħob tal-Commonwelah spiċċat fis-7 post filwaqt li fil-Logħob tal-Mediterran spiċċat fil-5 post.