Kmieni dalgħodu diversi postijiet f’Malta spiċċaw b’karozzi, toroq, bjut u btieħi miksijin bis-silġ.

Fuq il-paġna ta’ Facebook Malta Weather ittellgħu bosta ritratti li juru s-silġ f’numru ta’ lokalitajiet fosthom l-Imqabba, Ħal Luqa, Ħal Tarxien fost l-oħrajn.

Intant, l-Uffiċċju Metereoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għandu twissija ta’ xita bir-ragħad u s-silġ se jaffetwaw lill-Gżejjer Maltin sad-9am.

Għandek ritratti u filmati? Ibagħthom fuq info@newsbook.com.mt