Mara Kanadiża tgħallmet b’mod iebes li ċ-ċajt dwar bombi abbord ajruplan qatt ma jwassal sabiex sitwazzjoni tintemm b’wiċċ il-ġid.

Nathalie Dorothee Tremblay ġiet arrestata wara li ċċajtat dwar apparat splussiv waqt li kienet fuq titjira ta’ Air Canada li kienet se titlaq minn Ft Lauderdale Hollywood għall-Ajruport Internazzjonali f’Montreal. Skont midja tal-lokal, meta persuna mill-ekwipaġġ staqsiet dwar bagalja li kienet ftit ‘il barra mill-overhead bin, il-mara ta’ 53 sena qalet li fiha bomba.

Il-ġurnali spjegaw li t-titjira għal Montreal spiċċat sabiex ittardjat b’sagħtejn kif ukoll żammet żewġ titjiriet oħrajn fl-arja għal siegħa żejda sakemm saru t-tfittxijiet. Il-mara issa qed tiġi akkużata li għamlet rapport falz dwar bomba.