Argument bejn 7 persuni f’Ħaż-Żabbar irriżulta fi ġrieħi gravi għal mara u raġel li kienu involuti.

Il-Pulizija ssejħet fi Triq Villabate fl-4pm għaliex kien hemm argument bejn 7 persuni. Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett u l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit.

In-nies involuti kienu 4 nisa u 3 irġiel. In-nisa kienu mara ta’ 26 sena minn Bormla, oħra ta’ 43 sena mill-Birgu, oħra ta’ 24 sena minn Ħal Qormi u oħra ta’ 53 sena minn Ħaż-Żabbar. L-irġiel kienu raġel ta’ 23 sena minn Ħaż-Żabbar, ieħor ta’ 20 sena minn Bormla u ieħor ta’ 46 sena.

Dawk li ttieħdu l-isptar kienu r-raġel ta’ 46 sena u l-mara Bormliża ta’ 26 sena.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.