Il-plejer tal-futbol Emiliano Sala ngħata l-aħħar tislima f’pajjiżu, l-Arġentina, ilbieraħ, wara li nstab ġismu ftit wara li nstab it-tifrik tal-ajruplan li kien fuqu. Barra il-post fejn sar il-funeral, kien hemm il-kelba tiegħu Nala, li donnha kienet qed tistennieh ġej.

Ikkonfermat li l-katavru li nstab hu ta’ Emiliano Sala

Membri tal-familja, ħbieb, u anke nies li kienu jilagħbu l-futbol miegħu attendew għall-funeral ta’ Emiliano Sala fil-belt Progreso, minn fejn kien hu. Fost dawk preżenti kien hemm il-plejer ta’ Nantes Nicolas Pallois, li ġarr it-tebut ta’ Sala flimkien ħu Sala, Dario, u l-maniġer ta’ Cardiff City, Neil Warnock.

Huma u deħlin, huma ntlaqgħu mil-Labrador sewda jisimha Nala, li kienet waħda mir-raġunijiet għaliex Sala rritorna Franza – biex isib kennels għal Nala f’Cardiff. Nala saret popolari madwar id-dinja meta oħt Sala, Romina, xerrdet ritratt tagħha tistenna lil sidha jirritorna.

Sala, li kellu 28 sena, għeb fil-21 ta’ Jannar, meta kien fi triqtu lejn Nantes fi Franza minn Cardiff, wara li ffirma kuntratt ma’ Cardiff City. Il-katavru tiegħu nstab qalb it-tifrik tal-ajruplan fl-4 ta’ Frar.

Ħafna preżenti għall-funeral kienu lebsin il-gear tal-futbol b’isem Sala. Il-klabb tal-lokal li kien jilgħab miegħu Sala, kiteb fuq il-midja soċjali li għadhom qed jistennewh, bħall-ewwel darba li telaq, iżda din id-darba se jibqa’ f’qalbhom għal dejjem.
Il-katavru tal-bdot tal-ajruplan David Ibbotson għadu ma nstabx.