Facebook

Ilbieraħ waqt laqgħa ġenerali annwali tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ ġie elett il-kumitat eżekuttiv.

Il-kumitat jikkonsisti minn:

  • President – Sean Ellul
  • Viċi President – Adrian Dominic Ellul
  • Segretarju Ġenerali – Chiara Vassallo
  • Assisent Segretarju Ġenerali – Beppe Galea
  • Teżorir – Kay Dimech
  • Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi – Roberta DeBono
  • Kummissarju tal-Politika u Drittijiet taż-Żgħażagħ – Sandrine Borg
  • Kummissarju tas-Servizzi taż-Żgħażagħ – Celine Talbot
  • Uffiċjal Internazzjonali – Chiara Zappala’
  • Uffiċjal Nazzjonali – Kristina Filletti
  • Uffiċjal għall-Commonwealth u Miri tal-Iżvilupp Sostenibli – Eman Borg
  • Uffiċjal għal-Logistika – Liam Axisa
  • Uffiċjal għal-Branding – Mattia Scicluna

L-eżekuttiv il-ġdid irringrazzja l-amministrazzjoni preċedenti għall-ħidma u d-dedikazzjoni li taw matul l-aħħar sentejn. Il-kunsill kellu vuċi qawwija f’aġenda nazzjonali u anke tkellem fuq aspetti importanti bħalma hi dik tas-saħħa mentali. L-eżekuttiv il-ġdid saħaq li jinsab determinat li jkompli jaħdem u jibni fuq ix-xogħol tal-membri ta’ qabilhom sabiex dejjem jagħtu vuċi b’saħħitha liż-żgħażagħ tal-pajjiż.