Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg ħabbar li Infrastructure Malta se toħroġ is-sejħa sabiex jinbnew 170 triq residenzjali mill-ġdid.

Dan ingħad waqt konferenza tal-aħbarijiet li għaliha kien hemm ukoll preżenti s-Segretarju Parlamentari għall-Komunitajiet Silvio Parnis. Din saret fi 2 mill-31 triq li diġà beda x-xogħol fihom, fi Triq in-Newl u Triq Ħadd f’Ħaż-Żabbar.

Il-Ministru Borg spjega kif riżultat ta’ din is-sejħa l-ġdida għal 170 triq residenzjali maqsumin f’6 settijiet, ir-residenti li jgħixu f’dawn it-toroq se jgawdu minn 52 kilometru ta’ toroq u minn 85 kilometru ta’ bankini. Huwa qal li dan ix-xogħol se jkun qiegħed jinkludi investiment fit-tibdil u l-estensjoni tas-servizzi fejn hemm bżonn, xogħol fuq bankini u sistemi ta’ ġbir tal-ilma, pedamenti, tarmak, u anke sinjali, sistemi tas-sigurtà u faċilitajiet oħra li jiżdiedu wara li t-triq tkun saret. Il-Ministru Borg qal li l-valur totali ta’ dan l-investiment huwa stmat li se jammonta għal madwar €70 miljun.

Il-170 triq li se jitranġaw huma dawn:

Ħ’Attard: Trejqet ir-Reġina; Triq l-Isptar; Triq l-Inħasa
Ħal Balzan: Triq San Valentinu; Triq Sisner; Triq Ġużè Bonnici
Birgu: Triq San Filippu; Pjazza Birgu
Birkirkara: Triq Papa Urbanus VIII; Triq Anġlu Mallia; Triq L-Isqof Labini
Birżebbuġa: Triq il-Bżulija; Triq il-Għirgħien; Triq il-Musbieħ
Bormla: Triq Il-Pellegrinaġġ; Triq San Franġisk; Triq l-Oratorju; Triq Santa Margerita
Ħad-Dingli: Triq Misraħ Suffara
Fgura: Triq l-Għarnuq; Triq San Xmun
Furjana: Triq San Publiju; Triq il-Miratur; Triq San Tumas
Għargħur: Triq Katerina Sammut; Sqaq il-Ħofra; Triq l-Indipendenza
Ħal Għaxaq: Triq it-Tgeżwira; Triq Ġużeppi D’Arena; Triq tal-Qattus; Triq Dun V. Scicluna Hernandez; Triq l-Ewwel ta’ Jannar
Gudja: Triq id-Dejqa; Triq Joseph Pace; Triq Santa Katerina; triq mingħajr isem bejn Triq Joseph Gravina u Triq Ħal Għaxaq
Gżira: Triq Tas-Sliema
Ħamrun: Triq Ċensu Bugeja; Triq Villambrosa; Triq Karmenu Abela
Iklin: Triq il-Wied; Triq il-Bruka
Isla: Triq Portu Salvu; Triq San Ġiljan; Triq il-Kunċizzjoni
Kalkara: Triq is-Sienja; Trejqet Francesco Chircop; Triq il-Kapuċċini; Triq il-Ġir
Ħal Kirkop: Triq San Ġużepp; Triq Nerik Xerri; Sqaq Sant’Andrija
Ħal Lija: Triq is-Salvatur; Triq Ugo Mifsud; Triq Annibale Preca (p/o); Triq il- Kbira
Ħal Luqa: Triq il-Ġdida; Trejqa Dun Ġulju Muscat; Triq id-Disgħa t’April
Marsa: Triq il- Marsa; Triq Azzopardi; Triq Isouard
Marsaskala: Triq tal-Gardiel (p/o); Triq San Ġwakkin; Triq Patri Wistin Born; Triq La Sengle
Marsaxlokk: triq ġdida fi Triq tas-Silġ; Triq Duncan; Triq Għajn Osiris; Triq ta’ Ġuno Mellieħa: Triq It-Tabib Joseph Grech Attard; Triq Ir-Rattan
Mġarr: Triq Dun Ġużepp Micallef; Triq ix-Xagħra tal-Knisja; Triq ir-Riħ tal-Barriera; Triq Madre Tereza; Triq San Filippu
Mosta Triq Madre Maria Teresa Spinelli; Triq Rużar Briffa (Ta’ Żokrija); Triq ta’ Bistra; Triq il-Manwella; Triq Durumblat
Mqabba: Sqaq tas-Serer (fi Triq Ħal Kirkop); Triq George Martin
Msida: Triq Bieb it-Torri; Triq it-Torri; Triq tal-Qroqq; Triq Nazju Falzon; Triq ta’ Xmiexi
Mtarfa: Triq Frans Galea; Triq ir-Razzett l-Aħmar; Triq Michael Fsadni
Naxxar: Triq il-Magħtab; Triq Leli Falzon; Triq fi Triq tat-Tarġa (Magħtab)
Paola: Triq il-Wied; Triq Sultana
Pembroke: Triq Martin Luther King; Triq San Patrizju; Trejqet Patri Pelaġju Mifsud; Trejqet Giuseppe M. Letard; Trejqet Patri Odorik Grima; Triq Patri Serafin Zarb
Pietà: Triq Santa Monika; Triq K. Mifsud; Triq San Girgor
Ħal Qormi: Triq il-Kanun (p/o); Triq Dun Ġwann Cilia; Triq Ġorg Zammit
Qrendi: Sqaq il-Mejda (San Niklaw); Triq Sant’ Anna
Rabat: Triq Santa Marija; Triq l-Iskultura; Triq Santa Barbara
Ħal Safi: Triq San Ġwann; Triq It-Tellerit; Triq il-Kaċċattur (p/o)
San Ġiljan: Triq Patrick Brydone; Triq Hans Stumme; Triq Zammit Clapp
San Ġwann: Triq G. Despott; Triq San Franġisk; Triq ta’ Żwejt; Triq iċ-Ċawsli
San Pawl il-Baħar: Triq Ibħra; Triq il-Mistrieħ; Triq Ċensu Tanti; Triq il-Ġifen; Triq Annetto Caruana; Triq Paderborn; Triq Sir Luigi Preziosi
Santa Luċija: Triq il-Gardenja; Triq il-Bruka; Triq iż-Żnuber
Santa Venera: Triq San Ġorġ; Triq Brighella; Triq il-Kardinal Sciberras; Triq il-Blata l-Kaħla; Triq Abela
Siġġiewi: Triq Patri Ġużepp Delia; Triq it-Tiġrija
Tas-Sliema: Triq it-Torri; Triq il-Kbira (High Street)
Swieqi: Triq it-Tomna; Triq ir-Ratal; Triq l-Ilqugħ
Ta’ Xbiex: Triq l-Abate Rigord; Ix-Xatt Ta’ Xbiex (p/o)
Ħal Tarxien: Triq Marjanu Gerada; Triq it-Tempji Neolitiċi; Triq Paola
Valletta: Triq l-Ifran (p/o); Triq iz-Zekka (p/o)
Xgħajra: Triq l-Ispnott; Triq l-Iskola; Triq Ħaż Żabbar; Triq il-Fortizza tal-Grazzja
Ħaż-Żabbar: Triq Francis X. Attard (p/o); Triq Ta’ Lanza; Triq ir-Rand; Triq in-Naħla
Ħaż-Żebbuġ: Triq Ħal Sajd; Triq il-Madonna; Triq il-Ħali
Żejtun: Triq il-Kbira; Triq il-President Anton Buttigieg; Triq il-Faqqus; Triq Bugħarbiel
Żurrieq: Sqaq Barċellona; Triq fi Triq il-Wied (Wied Babu); Triq Sant’Agatha; Triq il-Midra.

Intant, fi stqarrija tal-Partit Nazzjonalista ffirmata minn Toni Bezzina, il-PN qal li milli jwiegħed, il-Gvern Laburista mhu jagħmel xejn.