L-atleta ta’ Zurrieq Wolves Denise Borda ħarġet rebbieħa fit-tellieqa ta’ 10 kilometri magħrufa bħala “The Ladies Race” li matulha ħadu sehem kważi 120 mara. Din il-kompetizzjoni tagħmel parti minn serje ta’ tlielaq fuq distanza ta’ 10km organizatti minn House of Sport.

Borda, li qattgħet xi żmien ‘il bogħod mill-atletika minħabba ‘injury’, bdiet it-tellieqa mill-ewwel fuq quddiem. Anna Skinner tar-Raptorz Club Running, żammet mal-pass ta’ Borda iżda spiċċat fit-tieni post hekk kif daħlet erba’ sekondi wara. Borda temmet il-kompetizzjoni f’ħin ta’ 43 minuta u 58 sekonda filwaqt li Charyl Fava tal-Agones SFC kklassifikat fit-tielet post.